'Bqajt imbellah… issa għandi ħabib ġdid u qed ngħinu'
"Ridt nirringrazzjah. Issa għandi ħabib ġdid. Bqajna f'kuntatt jien u hu. Se nkun qed ngħinu. Apprezzajt ħafna l-ġest tiegħu. Kieku ma rritornax il-kartiera, kieku għandi jiem ta' ġiri biex nagħmel il-kards mill-ġdid. Lanqas biss kont indunajt li tlift il-kartiera. Fil-fatt meta ċempilli għedtlu li ma tliftx il-kartiera. Wara ndunajt u rġajt ċempiltlu u ltqajna biex itihieli. Jien tajtu rigal li hu apprezzah ħafna." Dan sostnieh Simon Gatt, meta ġiet ikkuntattjat minn inewsmalta.com wara li raġel bl-isem ta' Obi ta’ nazzjonalità Niġerjana rritorna l-kartiera lil Simon b'dak kollu li kien fiha, wara li l-istess raġel sabha fuq l-istejġ f'Bieb il-Bombi.Obi hu immigrant li daħal f'pajjiżna biex ifittex futur aħjar.
Simon Gatt jgħidilna li, "Li ġara kien li jien ħadt il-karozza biex tissewwa l-Mosta u mbagħad irritornajt lejn iż-Żejtun bil-karozza tal-linja. Kont qed nistenna l-karozza f'Bieb il-Bombi. Meta ġiet il-karozza u qomt biex nirkeb, il-kartiera waqgħetli. Ftit ħin wara waqt li kont għadni sejjer lejn iż-Żejtun idoqq il-mowbajl."
Simon ikompli li, "Min kien qed iċempel beda jistaqsini bl-Ingliż jekk ħallejtx il-kartiera warajja. Jien kont persważ li ma tlift xejn u għedtlu li le. Wara rġajt ċempiltlu. Hu kien sejjer Ħaż-Żabbar u ltqajna hemmhekk. Dak li kelli fiha, inkluż €400, kien kollu hemm. Ħassejt li għandi nirringrazzjah. Sirt naf li hu Niġerjan u li jismu Obi. Sirna ħbieb u se nibqgħu f'kuntatt. Huwa raġel umli ħafna."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home