Tal-avjazzjoni jwieġbu...'mhux chemtrails'
Wara li għadd kbir ta' persuni bdew jesprimu ruħhom u jitħassbu dwar traċċi tal-ajruplani fl-ajru, liema traċċi damu għal ħin twil fl-arja, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili meta mistoqsi minn inewsmalta.com wieġeb li t-traċċi ta' nhar is-Sibt kienu 'contrails' u mhux 'chemtrails'. 'Contrails' huma meta duħħan mill-magni tal-ajruplani jiġi f'kuntatt ma' arja kiesħa u b'hekk jifforma dak is-sħab abjad. L-ammont ta' traċċi ivarja skond il-kundizzjonijiet, qalilna id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili.
Bdot li tkellem ma' inewsmalta.com bil-kundizzjoni
tal-anonimità spjega li "dan mhux xi fenomenu tagħna biss. Ikun hemm
kontroversji f'diversi pajjiżi. F'Ċipru per eżempju kien hemm polemika
kbira dwarhom fl-aħħar ġimgħat. Hemm min jargumenta bħal ma ġara nhar
is-Sibt, li t-traċċi damu fl-arja. Hu minnu dan iżda hemm
spjegazzjonijiet xjentifiċi. Ma nagħtix tort li n-nies jistaqsu u
jitħassbu għax il-pubbliku ftit li xejn qed ikun infurmat
mill-awtoritajiet. Ma nistax nifhem kif jaraw in-nies jitħassbu u
jistaqsu, u min hu responsabbli li jinforma jagħżel li ma jgħid xejn",
qalilna l-istess bdot.
Enfasizzalna li d-duħħan li joħroġ mill-magni tal-ajruplani fih ammmont
żgħir ħafna ta' ilma. Jgħidilna li f'ċerti kundizzjonijiet tat-temp,
dak l-ilma jsir partiċelli ta' silġ u b'hekk jifforma dawk it-traċċi.
Jispjega ukoll li jiddependi mit-temperatura u mil-livell ta' umdità,
dwar kemm dawn it-traċċi jdumu fl-arja. Jgħidilna li normalment
it-traċċi ma jdumux, imma meta l-umdità tkun għolja, dawn is-sinjali
idumu fl-arja u anke jespandu.
Wara r-rapport ta' inewsmalta.com
kienu diversi dawk li kkuntattjawna u argumentaw li waqt li mhux se
jidħlu fl-argument dwar jekk it-traċċi humhiex 'contrail' jew
'chemtrail', qalu li l-ammont kbir ta' traċċi fl-ajru juruhom
it-tniġġiż fl-ajru mill-ajruplani.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home