Wednesday, April 20, 2016

Minn 71 child care centre, wieħed biss b’ħaddiem responsabbli mis-saħħa u s-sigurtà
Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li mir-rapport annwali tal-OHSA jirriżulta li minn 71 child care centre f’Malta, hu wieħed biss li għandu rappreżentant tal-ħaddiema responsabbli mis-saħħa u s-sigurtà.
Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li rridu nammettu li hawn ċerti xogħlijiet elementari li ma ssibx Maltin li jridu jagħmluhom u għalhekk hemm ħaddiema barranin. Hu staqsa jekk il-ħaddiema barranin li hemm jaħdmu fit-tindif fl-isptar humiex imħarrġin. Tenna li l-ħaddiema barranin qed jiġu sfruttati u qed jaħdmu fil-prekarjat. Sfruttati mhux biss minħabba pagi imma anke għax ma jingħatawx ilbies protettiv.
"Dak li hu tajjeb għall-Malti hu tajjeb għalihom. Dawn m’għandhom xejn inqas," qal il-kelliem.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home