Fi tliet snin... investiment barrani ta’ €222 miljun li mistenni joħloq 3,433 impjieg
Il-Ministru Chris Cardona, f’informazzjoni li ta fil-Parlament, spega li bejn is-sena 2009 u s-sena 2012, il-valur ta’ investiment li nġieb lejn Maltga kien jammonta għal €269 miljun. Ma’ dan l-ammont kien hemm inkluż €17.8 miljun ta’ TRC Entertainment li l-Gvern kien investa fiha permezz ta’ Equity u issa għalqet. Barra minn hekk kien hemm investiment ta’ €80 miljun ta’ kumpanija fis-settur tal-enerġija li qatt ma bdiet l-operat tagħha.Għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru Cardona qal li bejn Marzu tas-sena 2013 u Settembru tas-sena 2015, il-valur ta’ investiment approvat ammonta għal €222.4 miljun u dawn mistennija jiġġeneraw 3,433 impjieg ġdid.
Barra dawn hemm ukoll investiment marbut ma’ proġetti oħra li nġiebu Malta bil-ħidma tal-Malta Enterprise imma l-investiment tagħha mhux inkluż għax ma talbux dirett mill-Korporazzjoni. Eżempju hu l-każ ta’ Barts School of Medicine and Dentistry u l-Queen Mary University of London, liema proġett hu orjentat lejn is-suq barrani.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home