'F'ħajti dejjem ħallast kull kont….m'għandi
bżonn pjaċiri mingħand ħadd"
- il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco
"Nassigurak li jien f'ħajti ħallas kull kont li kelli. Dejjem insistejt li nħallas u m'għandi bżonn pjaċiri mingħand ħadd. Ħadd mhu se jipprova jħammarli wiċċi", qal Mario Demarco b'riferenza għal każ li tqajjem dwar il-fatt li Redmap Construction, kumpanija ta' Pierre Sladden li hu wieħed minn negozjanti li ismu jidher fid-dokumenti ta' Panama Papers. Din għamlet b'€34,000 f'xogħlijiet li saru fl-2011 fuq proprjetajiet tal-Viċi Kap Mario Demarco. Ġie allegat li x-xogħlijiet tħallsu x-xahar li għadda u l-pagament saru fl-istess żmien li ġie żvelat li Pierre Sladden kellu kumpaniji offshore fil-British Virgin Islands.
Il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco kompla jgħid li l-Prim Ministru flok ħa azzjoni kif qallu l-Ministru tal-Finanzi, għażel li jipproteġi l-ġid tal-Ministru Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri.
Tenna li "sa issa rajna Prim Ministru li flok ħa azzjoni staħba wara proċess ta' awditjar. Għamel dan mingħajr ma qalilna min qed jagħmlu u meta se jitlesta. Dak li se jirriżulta mill-awditjar hu totalment irrilevanti u dan għax il-kwistjoni mhux l-awditjar. Il-kwistjoni hi li ministru tal-Gvern fetaħ kumpanija fil-Panama biex fiha jintefgħu flus minn riċiklaġġ u mill-industrija tal-gaming."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home