Binja ‘nofs leħja’.... tħalliet mitluqa minħabba nuqqas ta' flus
Il-binja nofs leħja li hemm bil-bidu tal-kumpless sportiv tal-Marsa ilha s-snin ġebel u saqaf. Serviet biex fiha kienu jorqdu għadd ta’ persuni billejl, fosthom migranti li kienu jgħixu fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. Għal xi żmien il-binja ngħalqet. Minkejja wegħdi li kienet se titlesta u jitkompla x-xogħol, sa issa 13-il sena wara li bdiet tinbena għadha ġebel u saqaf. Prattikament li ġara kien li Gvern Nazzjonalista beda jibni l-binja iżda mbagħad ma kienx hemm flus biex ikompliha.Il-Ministru Evarist Bartolo ta dettalji dwar dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia. Il-Ministru Bartolo qal li, “Ninsab infurmat li l-binja nbniet fis-sena 2003 u tħalliet fi stat ta’ ġebel u saqaf għax ma kienx hemm baġit biex titkompla. Il-maniġment preżenti ta’ Sport Malta inkariga periti biex jagħmlu disinn ġdid għal din il-binja bi pjan li tinfetaħ sal-aħħar tas-sena 2017.”
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home