Min iħawwel u min jaqla' fil-Qrendi
Wieħed mill-Kunsilli Lokali f'Malta li jisħaq fuq l-ambjent, u li b'mod kontinwu għaddej bi sforzi biex iħaddar il-lokal, hu dak tal-Qrendi. Sfortunatament fl-aħħar sigħat sforzi ta' tħawwil ta' pjanti minn dan il-kunsill sfumaw fix-xejn għax il-pjanti ġew vandalizzati minn xi ħadd mhux magħruf. Normalment f'każijiet bħal dawn il-pjanti jgħibu biex jitħawlu xi mkien ieħor, iżda fil-każ li seħħ fl-aħħar sigħat fil-Qrendi, min qala' l-pjanti ddeċieda li jħallihom maqlugħin fuq il-bankina.Il-pjanti nqalgħu fi Triq Antonio Chircop, eżatt wara l-Monument tal-Madonna ta' Lourdes.
Il-Kunsill ikkummenta li, "Dan mhu xejn għajr att vandalu u beżżiegħ minn xi ħadd jew xi wħud li jaħsbu li huma 'l fuq minn kull awtorità.”
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home