Gvern li qed jegħreq fl-iskalora
.....ma tistax issalvah
- Simon Busuttil
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li persuna li ltaqa' magħha qaltlu li l-Gvern ta' Joseph Muscat qed jegħreq fl-iskalora. "Xi ħadd qed jegħreq fl-ilma tista' ssalvah imma xi ħadd li qed jegħreq fl-iskalora ma tistax issalvah għax dejjem jibqa' nieżel 'l isfel. Dan il-Gvern issa kiser il-fiduċja u meta tiksirha titlifha għal dejjem," qal Simon Busuttil.
Qal li l-fiduċja hi bħal ġarra jew vażun, u din meta twaqqagħha tinkiser. Spjega li, "Il-fiduċja li kellu dan il-Gvern remieha b'kapriċċ. Dan hu Gvern fi kriżi ta' korruzzjoni u dan kien sa mill-bidu nett tiegħu.”
Simon Busuttil uża kliem bħal 'intiena', 'tafu tistħu', 'x'viltà' u 'int taf tistħi Prim Ministru'.
Hu rrefera għal żjara li kienet saret fl-Ażerbajġan u li fiha ma ttiħdux uffiċjali pubbliċi u ddikjara li, “Jien ma nsifirx f'isem pajjiżi mingħajr ma jkun hemm uffiċjali pubbliċi.”
Enfasizza li, "Jien qed nimpenja ruħi li fl-ewwel okkażjoni li jkolli meta nkunu fit-tmexxija tal-pajjiż, nippubblikaw dawn il-kuntratti u ninvestigawhom. Kif nista' nserraħ rasi li fil-bejgħ tal-isptarijiet jew xiri ta' żejt m'hemmx korruzzjoni? Kull kuntratt li jidħol għalih il-Gvern għandu jkun ippubblikat.”
Simon Busuttil appella lill-membri tal-Gvern biex fil-votazzjoni jħarsu l-interess nazzjonali u indirizza personalment lill-Ministru Leo Brincat, lill-Ministru George Vella, lill-Ministru Louis Grerch u lill-Ministru Edward Scicluna biex jivvutaw favur l-interess nazzjonali u għalhekk jivvotaw favur il-mozzjoni.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home