Tuesday, April 19, 2016

‘Għaddew 19-il ġurnata u d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri għadhom ma tpoġġewx fil-Parlament’ - Chris Said

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said fil-ħin tal-aġġornament fis-seduta parlamentari tal-lejla kkritika l-fatt li minkejja li l-prattika dejjem kienet li sal-31 ta’ Marzu l-Ministri jridu jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom, qed jirriżulta li sa issa minkejja li għaddew 19-il ġurnata dawn baqgħu ma ġewx ippreżentati fil-Parlament. Staqsa għaliex ma saritx il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-assi u dan meta tant hemm mistoqsijiet fost il-poplu. Qal li, “Fforsi għax jafu li se jinħarġu aktar affarijiet? Dawn huma mistoqsijiet leġittimi. Nappella biex dawn jitpoġġew fil-Parlament illum qabel għada.”
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home