Wednesday, April 20, 2016

L-isptar San Franġisk instabulu problemi strutturali għax ma nbeniex kif suppost

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes fl-aġġornament tas-seduta Parlamentari tal-lejla qal li sfortunatament instabu problemi strutturali fl-isptar tal-annimali San Franġisk f’Ta’ Qali. Instab li ċerti xogħlijiet ma sarux kif suppost u l-operatur il-ġdid daħal għall-ispiża hu stess. Il-kelliem qal li dan l-isptar se jibda jopera fi ftit ġimgħat oħra u se jkun sptar ‘state of the art’. Din il-faċilità se tagħti servizz 23 siegħa kuljum u se toffri faċilitajiet ġodda.
Hu qal ukoll li ħarġet sejħa biex ikun magħruf jekk hawnx min hu interessat li jinvesti f’ċimiterju tal-annimali. Hu ttamat li dan il-proġett isir fix-xhur li ġejjin.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home