Wednesday, April 20, 2016

Ħaddiema barranin impjegati għal ġimgħa... la jafu bi drittijiethom u lanqas huma mħarrġin - Deo Debattista

Id-Deputat Laburista Deo Debattista, li hu wkoll iċ-Ċermen tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, illejla fil-Parlament qal li proġetti kbar ta’ kostruzzjoni m’għadhomx assoċjati ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u dan għax il-kuntratturi qed ikunu aktar pożittivi għall-messaġġi tal-Awtorita għas-Saħħa u Sigurtà (OHSA) fuq il-post tax-xogħol. Huwa tkellem dwar ċerti ħaddiema barranin u qal li dawn ikunu impjegati għal ġimgħa jew xahar u ma jkunux jafu x’inhuma d-drittijiet tagħhom u lanqas ikuni imħarrġin. Spjega li l-OHSA qed tippjana kampanja mmirata għalihom u hu ttamat li din ikollha riżultati fil-futur.
Qal li l-OHSA qed tintuża minn ċerti nies biex imexxu l-aġenda tagħhom u li mhux dejjem ikollhom ix-xewqa li jġibu l-affarijiet ta’ saħħa u sigurtà ‘l quddiem. Żied jgħid li għad fadal ħafna xi jsir fuq is-saħħa u s-sigurtà f’pajjiżna iżda qal li ninsabu fit-triq it-tajba.
Il-Parlament qed jiddiskuti l-estimi ta’ dħul u nfiq għall-OHSA.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home