Fdalijiet aktarx Rumani f'żona bejn Ħal Qormi u l-Marsa
Għalkemm sa issa għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi f'żona li tinsab bejn Ħal Qormi u l-Marsa, jidher li l-fdalijiet li nstabu jmorru lura għall-era Rumana. Sorsi li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li "kollox qed jindika li l-fdalijiet huma Rumani. Biss uffiċjalment għad m'hemm ebda konferma", qalilna l-istess sors.
inewsmalta.com għamel kuntatt mas-Sindku ta' Ħal
Qormi, Rosianne Cutajar, fejn din qaltilna li "sa issa għad m'għandniex
informazzjoni. Qabel nikkommettu ruħna dwar dak li nstab, irrid ikolli
konferma uffiċjali ta' xi nstab". Bħalissa ix-xogħlijiet konnessi
mal-proġett propost fiż-żona jinsabu weqfin.
Din iż-żona li llum hi mnaddfa għax kien se jibda l-iżvilupp fiha, sa
ftit xhur ilu kienet magħrufa għal kull tip ta' skart li kien jintefa'
fiha b'mod partikolari wara l-ħitan tas-sejjieħ li kellha.
Is-Sovrintendenza għall-Patrimonju qed tagħmel l-investigazzjonijiet
tagħha dwar dawn is-sejbiet.
F'kuntatt li konna għamilna mas-Sindku tal-Marsa, Frans Debono, hu
enfasizzalna li hu jħoss li l-parti li fiha instabu dawn il-fdalijiet,
għandha titħalla barra mill-iżvilupp biex dak li nstab ikun jista'
jitgawda mill-pubbliku.
Meta kuntattjat id-Deputat Kap tas-Sovrintendenza għall-Patrimonju,
Nathaniel Cutajar. Hu kien qalilna li " ż-żona indikata hija koperta
minn applikazzjoni għall-iżvilup. Din iż-żona estensiva qed tiġi
investigata mis-Sovrintendenza biex tiġi stabilità in-natura u
l-importanza tal-fdalijiet arkeoloġiċi fil-konfini ta’ din
l-applikazzjoni għall-iżvilupp."
Hu kien qalilna ukoll li "dawn l-investigazzjonijiet għadhom mhux
lesti, u għadu kmieni wisq biex noħorġu il-konklużjonijiet uffiċjali
tagħna."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home