'Nħossni misluf biex nerġa' ngħix' - Luciano Baldacchino
"Nħossni misluf. Li niftakar hu li qlajt daqqa kbira ġo dari u ttajjart għal ġol-baħar. Għamilt sena ma nimxix u sena oħra nipprova nimxi." Hekk iddikjara ma' inewsmalta.com, Luciano Baldacchino, eks ħaddiem tat-tarzna li bħal-lum 31 sena kien weġġa' f'inċident ikrah fit-Tarzna.Luciano fil-kumment tiegħu qalilna li "dik konna qed inniżżlu krejn min fuq id-Dock express 20. Bdejna filgħodu kmieni u l-kundizzjonijiet kienu riħ isfel u maltemp tard filgħaxija. Meta fl-aħħar ġejna biex inpoġġu il-boggie wheels l'art il barra ferraħ bi kważi metru u f'qasir żmien il-krejn ċeda, intrewa u niżel. Dak il-ħin jien kont kważi taħt il-kuruna meta sieħbi taptapli fuq spallti biex nersqu lejn il-baħar. Li niftakar kien li ttajjar lejn il-baħar b'daqqa enormi ġo dahri. Minn hemm bdiet passjoni. Sena ma nimxix u sena oħa biex nipprova nimxi.
Luciano jgħid li "nħoss li bħal llum 31 sena ilu jien ġejt misluf li nerġa' ngħix. Nirringrazzja lil Alla li silifni l-għomor nara lit-tfal jikbru u qed ingawdi tfal tagħhom. Dakinhar mort ix-xogħol bħala bniedem normali iżda mort lura id-dar b'diżabilità. Grazzi għall-mara u sħabi li ħadu paċenzja kbira biex tawni l-kuraġġ nerġa' naccetta id-dinja. Insellem lil shabi li weggħu miegħi fejn b'kollox konna ħamsa."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home