Wara waqfa ta' erba' xhur, Medecins Sans Frontieres terġa' tibda s-salvataġġi
Wara li erba' xhur ilu Medecins Sans Frontieres (MSF) kienu waqqfu l-operazzjonijiet ta' salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran, quddiem it-traġedji li seħħew fl-aħħar ġimgħat b'mod partikolari dik fejn għerqu 500 immigrant, Medecins Sans Frontieres bidlu d-deċiżjoni tagħhom. Filfatt fl-aħħar jiem il-bastiment Dignity I kien fiċ-ċentru tal-Mediterran u sa ftit sigħat ilu fuqu kien hemm 308 immigrant li minnhom kien hemm 80 nisa u 23 tfal. Fl-aħħar sigħat ukoll il-Qawwa Navali Taljana salvat xejn inqas minn 244 persuna minn dinghies li kienu f'diffikulta.Fil-bidu ta' Jannar, Medecins Sans Frontieres kienet qalet li fi tmien xhur ta' salvataġġi f'nofs il-Mediteran ġew salvati xejn inqas minn 20,129 persuna li kienu qed jaqsmu lejn l-Ewropa. Kienet qalet li ddeċidiet li twaqqaf is-salvataġġ hekk kif tħoss li hemm biżżejjed riżorsi biex jilqgħu għall-ħidma f'dan iż-żmien fejn il-vjaġġi bid-dgħajjes mill-Afrika ta' Fuq naqsu. Biss MSF sejħet lill-Unjoni Ewropea biex ikunu huma li jagħmlu missjonijiet ta' salvataġġ biex jiġu evitati t-traġedji.
MSF kienet iddikjarat b'mod ċar u tond li "waqt li nibqgħu konvinti fuq l-importanza li jkun hemm missjonijiet ta' tiftix u salvataġġ f'nofs il-Mediterran biex ikunu salvati l-ħajjiet ta' immigranti, aħna ntennu li l-professjoni tagħna hi dik medika u għalhekk it-tiftix u salvataġġ mhux xogħlna".
Stefano Argenziano, li hu l-manager tal-Operazzjoni tal-Immigrazzjoni ta' MSF, kien iddikjara li "l-ebda persuna li kienet abbord dgħajjes li ġew salvati ma kienu se jaslu f'post sigur li kieku ma kienx l-intervent ta' MSF li salvathom. Nittamaw li jkun hemm riżorsi Ewropej li jkunu suffiċjenti fis-sena 2016 u b'hekk ma jkunx hemm bżonn id-dgħajjes tagħna".
MSF kienet iddikjarat ukoll li minkejja li qed twaqqaf il-missjoni ta' tiftix u salvataġġ, hi qalet li se tibqa' ssegwi u se tkun lesta biex terġa' tintervjeni f'każ li l-Unjoni Ewropea u l-Istati membri jonqsu milli jaġixxu biex jipproteġu eluf ta' irġiel, nisa u tfal li qed jistennew li jaqsmu lejn l-Ewropa fix-xhur li ġejjin".
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home