‘Nemmnu li l-Gvern ta’ Serraj hu l-unika soluzzjoni għal-Libja’ - George Vella
“Nemmnu li l-Gvern tal-Prim Ministru Faiez Serraj hu l-unika soluzzjoni għal-Libja.” Dan iddikjarah il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta parlamentari tal-lejla. Hu spjega kif illum il-Gvern ta’ Serraj kompla jissaħħaħ u dan hekk kif irnexxielu jieħu kontroll ta’ diversi ministeri. Qal iżda li dan xorta waħda għadu qed jistenna li l-Parlament f’Tobruk jillegalizza lil dan il-gvern ta’ unità fil-Libja.Il-Ministru Vella spjega li l-Gvern Malti se jkompli jaħdem u jagħmel minn kollox biex dan il-Gvern Libjan ikollu suċċess.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home