Il-parti l-kbira tal-kaċċaturi nbidlu… żball li kulħadd jintefa' fl-istess keffa - l-ornitologu Natalino Fenech
Quddiem il-fatt li ninsabu resqin lejn tmiem l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, kollox qed jindika li l-kaċċa illegali naqset drastikament, b'rapporti kontinwi minn persuni li qed isegwu l-passa tal-għasafar li jgħidu kien hemm titjib kbir. L-ornitologu Natalino Fenech hu wieħed minn dawk li ddikjara li, "Il-parti l-kbira tal-kaċċaturi nbidlu. Żball li kulħadd jintefa' fl-istess keffa fuq kaċċa illegali." Anki l-CABS fl-aħħar jiem esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għat-tnaqqis fil-kaċċa illegali.Natalino Fenech, f'kummenti li għadda fuq sit soċjali qal li, "Jien favur li nikxfu l-illegalità u li nitkellmu kontriha. Imma żgur ħadd ma jista' jitfa' 'l kulħadd fl-istess keffa. Dan għax il-parti l-kbira tal-kaċċaturi nbidlu. U waqt li nafu li għad hawn xi illegalitaijiet, ma jistax ma jsirux mistoqsijiet kif fl-ewwel ġurnata f'Malta, attivist jasal isib it-tajr protett mejjet jew ferut. Nemmen li din qed taffettwa ħażin lill-kredibilità ta' dawk li jaħdmu għall-ħarsien tal-għasafar. Dan ħażin għax meta jiġri hekk, tkun qed tagħti opportunità ġdida lil min irid jabbuża."
Hu jgħid ukoll li, "Bħala wieħed li kont involut fil-kampanji kontra l-kaċċa illegali meta Malta kellna problemi kbar, għadni u nibqa' kontra dak li hu illegali. Bħalma ktibt kemm-il darba, ċert li li mhux kulħadd jiddikjara kulma jaqbad, kif suppost isir. Imma ejja niffukaw fuq it-tajr protett. Baqa' waħdiet li jisparaw fuq tajr protett meta l-istaġun kien magħluq, u kellna każi li spiċċaw il-qorti. Baqa waħdiet li jieħdu ċans jekk jaħsbu li mhu jarahom ħadd u mhux se jinqabdu. Imma l-parti l-kbira nbidlu, u hu żball li qed jintefa' kulħadd fl-istess keffa."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home