Ħaqqu promozzjoni fil-WSC u biex ituhielu talbuh jagħmel tessera mal-Partit Laburista - Simon Busuttil
Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil enfasizza li hemm ħafna ħaddiema li qed ikunu diskriminati u qal li fost "dawn kien hemm ħaddiem fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u qalli li hu jisħoqqlu promozzjoni iżda qalulu li biex jieħu dan irid jittessera mal-Partit Laburista. Lil dan il-ħaddiem tajtu parir u għedtlu titlifx id-dinjità tiegħek u din se nipproteġihielek jien." Hu wissa biex dawn l-affarijiet jieqfu għax 'ħadd wara ħadd tasal ta' kulħadd'. Hu kompla jgħid li "l-Pulizija sabu r-riżorsi kollha biex jinvestigaw lix-xufier tiegħu Toni Tabone, iżda m'għamlux l-istess mal-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri dwar il-każ ta' kontijiet fil-Panama. Tenna li "hemm ħaddiema li fuqhom qed issir vendikazzjoni sħiħa. Hemm ħaddiema fiċ-Ċivil li qed ikunu diskriminati għax huma ħaddiema ta' twemmin Nazzjonalista.Din il-ġimgħa biss iltqajt ma' għadd ta' ħaddiema li qed ikunu umiljati. Hemm anke ħaddiema Laburisti li qed ikunu diskriminati. It-tmexxija ta' Joseph Muscat qed tagħmel differenza bejn tal-klikka u l-kumplament tal-ħaddiema. Fi Transport Malta, l-MEPA u l-ETC fejn qed issir diskriminazzjoni kbira."
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home