'Fassalna strateġija u nvolviet sena xogħol…kburin bir-rebħa ta' dan il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar'
B'ċelebrazzjonijiet spontanji fil-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija f'Ħal Għaxaq bis-sede imballata bin-nies jiċċelebraw. is-Segretarju tal-Għaqda Mużikali Santa Marija, Dr. John Agius f'kummenti lil inewsmalta.com, iddeskriva l-fatt li l-Għaqda tan-Nar Santa Marija f'Ħal Għaxaq rebħet il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar li sar f'pajjiżna, bħala suċċess kbir.
Hu qalilna li "assolutament kuntenti ħafna. Dan hu unur kbir għalina.
Din hi l-ewwel darba li irbaħna l-festival internazzonali f'Malta kif
inhu kompost bħalissa. Konna rbaħna s-sezzjoni tal-beraq u fis-sena 2010
konna rbaħna is-sezzjoni tal-pyro musical. Din hi rebħa kbira kemm għax
ix-xogħol kien sinkronizzat u kif ukoll għax kien hemm kompetizzjoni
internazzjonali".
Mistoqsi dwar ix-xogħol involut biex ittellgħet il-wirja piroteknika,
hu qalilna li "għandna tim tan-nar żagħżgħ u flimkien mal-veterani
ħejjew dan l-ispettaklu. Din id-deċiżjoni li nidħlu fil-festival ħadniha
ġimgħatejn fuq il-festa ta' Santa Marija. Kienet tinvolvi kważi sena
xogħol u sar ħafna ħsieb. Bdejna l-ispettaklu bl-Innu Malti u wara
segwiet mużika varjata u spiċċajna fuq klassiku. Kienet sena xogħol
barra xogħol għall-festa tagħna u festi oħra."
Ritratt: Daniel Abela
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home