'Il-Partit Nazzjonalista hu tarka tal-ħaddiema' - Id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono
"Insellem lill-ħaddiema li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni fosthom lil dawk li qed isofru minn diskriminazzoni politika. Il-Partit Nazzjonalista hu tarka ta' dawn il-ħaddiema." Dan sostnietu id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono waqt il-laqgħa politika fil-Mosta.
Hi fakkret kif ix-xufier ta' Simon Busuttil kien investigat iżda min għandu l-kontijiet fil-Panama ma ġiex investigat.
Irreferiet għar-re shuffle u qal li dak li sar il-Gvern neżża lilu
nnifsu mill-enerġija u minflok mela lil Partit Nazzjonalista
bl-enerġija.
Hi qalet li 'għandna pajjiż uniku bl-akbar Kabinett fl-istora.
M'għandniex Prim Ministru wieħed imma għandna tlieta. Dan hu Gvern li
qed jittradixxi lil-Laburisti ġenwini u għalhekk mhux se jiddejjaq
jidħak bina ukoll".
"Minn naħa tiegħu, l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil hu ffukat fuq
viżjoni għall-pajjiż u jrid jassigura li jinħolqu karrieri. L-appell lil
ħaddiema hu li għal mument ejjew inwarrbu l-opinjoni politika u naraw
min verament ħadem għall-ħaddiema. Il-garanzija tagħkom għal futur hu
biss il-Partit Nazzjonalista. Il-futur hu biss Simon Busuttil", qalet
Kristy Debono.
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home