Sunday, May 1, 2016





 Min jippremja l-korruzzjoni
hu kodard
    - Beppe Fenech Adami

B'għajjat ta' 'Eddie, Eddie' u bbuwjar kbir għal isem ta' Joseph Muscat, waqt intervent li sar mill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami , hu ddikjara li min jippremja l-korruzzjoni hu kodard u ma jistħoqqlux li jkun Prim Ministru.
Fl-intervent tiegħu qal li 12-il sena wara l-kampanja għad-dħul ta' Malta fl-Ewropa qed ngħixu l-istess esperjenza fejn il-poplu qed jerġa' jifhem lil Simon Busuttil u t-tradiment ta' Joseph Muscat. "Illum hu l-1 ta' Mejju u rridu nwasslu l-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu lill-ħaddiema", iddikjara Beppe Fenech Adami.
"Qed isegwu dak li għaddej fil-Forzi Armati u ma' dawk li magħhom saret inġustizzja se naraw li jieħdu ġustizzja. Lil dawk li ġew imwarrbin u umiljati, lil dawk intuhom l-kelma li se nagħmlu ġustizzja magħhom. Qalulhom li se jispiċċa l-prekarjat u llum hemm eluf ta' ħaddiema li għadhom jaħdmu fil-prekarjat. Għandna Prim Ministru ostaġġ tal-korruzzjoni.
"Min ma jiġġilidx il-korruzzoni hu korrott imma min jippremja l-korruzzjoni hu kodard. Min jippremja l-korruzzjoni hu korrott u ma jistħoqqlux ikun Prim Ministru ta' dan il-pajjiż".

Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home