Studenti fl-MCAST bi ħlas 'miżeru'…tinbeda petizzjoni
Quddiem il-fatt li studenti li jkunu qed jagħmlu apprentistat qed jitħallsu ħlasijiet deskritti bħala miżeri ta' €200 fix-xahar għal 16-il siegħa xogħol fil-ġimgħa, xi ħaġa li qed turta lil ħafna minn dawn l-istudenti, inbdiet petizzjoni fost l-istudenti bl-għan li din is-sitwazzjoni tiġi rranġata. Il-petizzjoni qed tinġabar mill-għaqda studenteska Pulse. Għalkemm li wieħed ikun f'apprentistat ma jistax jitqies bħala impjieg, fost għadd ta' studenti għaddejja ħidma bl-għan li jkun hemm ħlasijiet aħjar għal dawk li jkunu fl-apprentistat.
Kummenti li ngħataw lil inewsmalta.com minn student
intqal li "bħalissa aħna qegħdin naħdmu ma' sidien ta' postijiet
tax-xogħol different. Qegħdin naħdmu 16-il siegħa fil-ġimgħa u għal dan
għandna ħlas ta' €200 fix-xahar. Qed tinġabar petizzjoni minn Pulse dwar
dan. Fix-xitwa naħdmu sittax-il siegħa fil-ġimgħa u ta' dan nitħallsu
€200 u magħhom l-istipendju. Fis-sajf naħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa u
naqilgħu ukoll €200 fix-xahar u magħhom trid iżżid €200 stipendju."
L-istudenti qalulna li "irridu nsibu l-post ta' apprentisttat aħna u
dan billi nibagħtu cv's u anke nagħmlu intervisti. Ix-xogħol li nagħmlu
f'apprentistat jiddependi mill-kors. Hemm min hu draughtsman, oħrajn
f'restawr ta' bini u ħafna aktar." Irid jingħad li f'għadd ta' korsijiet
fl-MCAST l-apprentistat għal sentejn hu obbligatorju. Waqt li
l-istudenti jitħallsu €200 fix-xahar, il-paga minima f'Malta hi ta'
kważi €170 fil-ġimgħa.
Il-petizzjoni tal-Pulse tista' tiġi ffirmata hawn: http://goo.gl/forms/TTKW0jnCcO
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home