Ir-reshuffle deskritta bħala 'żball fatali'…'Indejjaqhom wisq…għax jien nadif' - Simon Busuttil
Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil enfasizza li "b'Simon Busuttil il-Gvern għandu problema. Indejjaqhom wisq. Dan għax jien nadif. Jgħajruna kemm jgħajruna jien se nibqa' nadif. Ma jistgħux għaliha li ngħid il-verità. Il-verità hi l-aqwa arma għalija. Il-ġlieda ma ssirx bis-sejf jew bil-mannara imma bil-persważjoni." Kompja jgħid li "din il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn ħabbar li ddeċieda. Id-deċiżjoni li ħa reġgħet kienet żbaljata u din se timmarka l-karriera politika tiegħu. Dan hu żball fatali. B'din id-deċiżjoni issa kiser il-fiduċja tan-nies għax din darba tiksirha. Il-folla li se jkun hemm il-Belt se xxejjer u se ċċapċap lil Joseph Muscat.Din imma għandha tfakkarna fl-Imperatur bla ħwejjeġ u kulħadd beda jgħidlu kemm hu liebes sabiħ u mbagħad qam tifel u qal l-imperatur hu bla ħwejjeġ. Aħna qed ngħidulu lill-imperatur li qed jgħix f'gidba." Hu qal li l-Prim Ministru nhar it-Tnejn sejjaħ lid-Deputati kollha u sema' mingħandhom x'deċiżjoni jista' jieħu. Simon Busuttil staqsa fuq liema trust qed jitkellem il-Prim Ministru meta irrefera għal Keith Schembri. Hu qal li mhux minnu li ma sar xejn illegali għax dawn suppost li ddikjaraw it-trust.
Staqsa minn fejn dawn se jġibu l-miljun Ewro fis-sena. Iddikjara li l-Partit Laburista jinsab maħkum minn tlett persuni u dawn m'għandhomx il-valuri li kien magħruf għalihom il-Partit Laburista. "Il-messaġġ tiegħi hu li l-Partit Nazzjonalista qiegħed għan-Nazzjonalisti, għan-nazzjon kollu u għal Laburisti", qal Simon Busuttil.
Hu qal li Joseph Muscat fir-reshuffle mexa fuq l-interess tiegħu u mhux dak li riedu n-nies. Fid-deċiżjoni tiegħu Joseph Muscat wera li hu kompliċi ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Joseph Muscat qed jgħatti u għalhekk irid jerfa' r-responsabbiltà. Lili qalli noqgħod attent kif nitkellem u jien ngħidlu mela ma tridx tkun assoċjat ma' Konrad Mizzi.
Jien ngħidlu li la dħalt għaliha oqgħod għaliha." Hu ddeskriva lill-Prim Ministru bħala li għamel 'tradiment nazzjonali'. Simon Busttil qal li "hemm bżonn li f'pajjiżna terġa' tibda tqum filgħodu bla inkwiet u li terġa' tinġab in-normalità. Aħna lesti min issa biex inkunu Gvern alternattiv ta' pajjiżna. Qed noffri it-tama lill-poplu Malti u Għawdxi.
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home