Monday, May 2, 2016

Spettaklu minn passa kbira ta’ Kuċċard...bla inċidenti


Ilbieraħ filgħaxija, kien hawn passa kbira ta’ Kuċċard u tajr tal-priża ieħor fosthom Bugħadan.
Kaċċaturi li tkellmu ma’ inewsmalta spjegaw li f’ħin minnhom setgħu jgħoddu xejn inqas minn 150 kuċċarda iduru f’qatgħa waħda.
L-ispettaklu kien gawdut mill-kaċċaturi fejn ħafna minnhom kellhom opportunita jiġbdu r-ritratti. L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiema għalaq fl-aħħar ta’ April.
Minkejja dan it-tajr, ma kienu rrappurtati ebda inċidenti, prova oħra ta’ kemm il-kaċċa illegali kważi sparixxiet minn pajjiżna.




minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home