Baħar qawwi mill-Majjistral għada…'suppost se jaħdem il-vapur għal Għawdex'
Għal previżjoni li għada l-baħar se jilħaq Forza 7 mill-Majjistral wasslet biex ikunu diversi dawk li jibdew jistaqsu dwar dan. Ovvjament b'baħar ta' din il-qawwa mistenni jiġġenera mewġ ta' xejn inqas minn 4 metri, huma diversi dawk li esprimew kawtela għal min imur fl-inħawi taċ-Ċirkewwa b'mod partikolari bil-karozzi.
Kienu diversi dawk li staqsew fuq is-servizz tal-Gozo Channel u jekk
dan hux se jopera għada. F'kuntatt li inewsmalta.com għamlet mal-Gozo
Channel dawn qalulna li "suppost se jaħdem il-vapur. Imma l-aħjar wieħed
jagħmel il-verifiki għada filgħodu".
Ritratt: Arkivji - Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home