Miljun firma biex l-UE ddaħħal liġi li tistabbilixxi definizzjoni naturali ta' 'familja' u 'żwieġ'
Koalizzjoni ta' gruppi Kristjani u favur il-familja f'seba' pajjiżi Ewropew ingħaqdu u qed jagħmlu kampanja biex jiġbru miljun firma minn pajjiżi Ewropej u dan biex tkun kunsidrata leġislazzjoni li tistabbilixxi id-definizzjoni naturali ta' 'familja' u 'żwieġ'. Il-kampanja hi intitolata 'Mum, Dad & Kids'. Sa issa għadu mhux magħruf jekk f'Malta hawnx għaqdiet li se jkunu qed jagħtu appoġġ dirett lil din l-inizjattiva.
Il-gruppi ġejjin mill-Ungerija, Franza, il-Kroazja, l-Polonja,
l-Isvezja, il-Portugal, is-Slovakkja u l-Ġermanja. Il-gruppi għandhom
ċans sal-11 ta' Diċembru biex jiġbru l-firem biex tkun proposta
leġislazzjoni li tiddefinixxi x'inhi familja naturali u żwieġ.
Il-proposta ta' down il-gruppi tgħid li din il-liġi Ewropea hemm
bżonnha minħabba li l-istituzzjoni tal-familja qiegħda dejjem
tiddgħajjef minn forzi soċjali, fi żmien fejn liġijiet Ewropej qed
jinkludu koppji tal-istess sess u anke persuni mhux miżżewwġin.
L-organizzaturi qed isostnu li jridu li żwieġ ikun ifisser għaqda
permanenti bejn raġel wieħed u mara waħda u li familja tkun tfisser biss
din il koppja mizzewwġa. Il-koalizzjoni qed targumenta li ż-żwieġ kien
protett minħabba li dan għandu benefiċċji għall-ġid komuni u anke
għat-tfal.
Il-liġi li qed tkun proposta ma tisfurzax pajjiżi individwali biex
jaċċettaw din id-definizzjoni ta' żwieġ, imma li jkun hemm definizzjoni
waħda għal-leġislazzjoni Ewropea u li din tħassar sforzi biex jiddaħħlu
definizzjonijiet li jimplikaw koppji tal-istess sess.
minn inewsmalta.com
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home