Monday, May 2, 2016

'Ebda indikazzjoni li xi ħadd talab ħaddiema jittesseraw mal-PL għal promozzjoni' - il-WSC

Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamel allegazzjoni serja, liema allegazzjoni kienet tgħid li xi ħadd li kien ħaqqu promozzjoni ntalab jittessera mal-Partit Laburista biex jieħdu dik l-istess promozzjoni fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC).  Il-WSC meta mitluba minn inewsmalta.com twieġeb għal dan qalet li m'hemm ebda indikazjzoni li xi ħadd talab ħaddiema jittesseraw mal-Partit Laburista biex jieħdu promozzjoni. Fi tweġiba li l-Korporazzjoni tat lil inewsmalta.com qalet li  "Waqt li ma hemm l-ebda indikazzjoni li xi ħadd mit-tmexxijja tal-korporazzjoni qatt għamel xi talba kif qed jiġi allegat, il-WSC għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista' tinvestiga b’mod effettiv. Min jipprovdi informazzjoni ikun assigurat kull kunfidenzjalità".
Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil f'attività politika fil-Mosta nhar il-Ħadd enfasizza li hemm ħafna ħaddiema li qed ikunu diskriminati u qal li fost "dawn kien hemm ħaddiem fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u qalli li hu jisħoqqlu promozzjoni iżda qalulu li biex jieħu dan irid jittessera mal-Partit Laburista. Lil dan il-ħaddiem tajtu parir u għedtlu titlifx id-dinjità tiegħek u din se nipproteġihielek jien." Hu wissa biex dawn l-affarijiet jieqfu għax 'ħadd wara ħadd tasal ta' kulħadd'.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home