Wednesday, May 4, 2016

Illum jitħabbru l-pjani tal-KE dwar multa ta’ €250,000 għal kull refuġjat mhux rilokat

Illum il-Kummissjoni Ewropea mistennija tiżvela l-pjan biex timponi multi ta’ xejn inqas minn €250,000 għal kull refuġjat li ma jkunx rilokat minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Dan qed isir minħabba li għadd ta’ pajjiżi, minkejja li ntrabtu li jirrilokaw ċertu ammont ta’ refuġjati, baqgħu ma għamlux dan. Illum il-Kummissjoni Ewropea mistennija tpoġġi fuq sisien aktar sodi l-iskema li permezz tagħha refuġjati kellhom ikunu rilokati lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Irid jingħad li l-iskema li jkunu rilokati refuġjati mill-Italja u l-Greċja saret minkejja oġġezzjonijiet kbar mill-Ungerija, is-Slovakkja, ir-Rumanija u l-Polonja. Jekk wieħed jieħu l-Ungerija jara li din kienet ingħatat kwota ta’ rilokazzjoni ta’ 1,294 refuġjat iżda dan il-pajjiż sa issa għadu ma rrilokax refuġjat wieħed.
B’dawn il-pjani jkun ifisser li l-Ungerija tispiċċa tħallas €323 miljun. Il-Polonja għandha kwota ta’ 6,500 refuġjat u għalhekk bil-pjani tal-Kummissjoni Ewropea tispiċċa b’multa ta’ aktar minn €1 biljun.
Ftit xhur ilu fl-Unjoni Ewropea kien hemm qbil li jkunu rilokati 160,000 refuġjat li kienu fil-Greċja u l-Italja. Sa issa lanqas 1% ta’ dan l-ammont ta’ refuġjati ma ġew allokati. Malta sa issa rrilokat 35 immigrant.


minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home