Wednesday, May 4, 2016

Annimal marbut minn għonqu fi trakk… il-Pulizija u l-veterinarji jinvestigaw

Ritratt ta' annimal marbut minn għonqu f'kaxxa ta' trakk qajjem rabja kbira fost dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali. Agħar minn hekk, minn dak deskritt jidher li l-annimal, minħabba l-kundizzjoni tat-temp u minħabba l-kundizzjoni li kien fiha, kien qed jirogħod bil-bard.
F'kuntatt li għamilna mad-Dipartiment tal-Welfare tal-Annimali, dawn qalulna li se jsegwu l-każ. Jidher li min irrapporta dan il-każ ippubblika wkoll in-numru tat-trakk li kien qed iġorr l-annimal.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali f'kummenti li tana qalilna li, "L-Animal Welfare qed jinvestigaw flimkien mal-Pulizija u l-veterinarji."
minn inewsmalta.com





0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home