Wednesday, May 4, 2016

Godfrey jibki……..se nivvota kontra l-mozzjoni
għax Konrad qed iħallas il-prezz ta' dak li sar

Spikka l-intervent tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia fejn waqt li għal xi mument deher jibki b'mod partikolari għal min jistaqsieh  jekk għandu post fil-Moviment Laburista, qal li se jivvota kontra l-mozzjoni mressqa mis-sieħba tiegħu. Qal li hu tkellem ma' Konrad Mizzi u fehem il-wegħgat li għaddej minnhom hu u familtu. Qal li jaċċetta l-apoloġija u issa l-mument hu li wieħed iħares 'l quddiem.
Fl-intervent tiegħu qal li "din il-mozzjoni hi valida u r-risposta tiegħi hi iva. Fl-1 ta' Mejju kontra qalbi ma mortx il-Belt biex niċċelebrah fil-kwiet. Iddikjarajt dan u kien hemm min spiċċa jifraħ biha, kien hemm min tnikket u kien hemm min inkorla u kien hemm min fis-skiet ta' qalbu appoġġjani. Dan hu eżempju ta' dik li hi Malta, pajjiż mifrud.
Hu spjega l-pożizzjoni antipatika li qed fiha u qal li "ħadd ma jrid ikun xagħra f'ġismi' u dan minħabba li din il-mozzjoni tressqet mis-sieħba tiegħu u li hu qed jagħti ħajtu għaliha. Ħajti dejjem għextha fost in-nies u l-familji u fost il-familji li ħabbewni u dejjem stinkajt biex ngħolli d-dinjità tal-bniedem. Il-missjoni politika tafu x'jgħidu - dik x'tambiha? Dik iċċappsek. Donnu hawn il-pesta hawn. F'ħajti jien ġarrabt u esperjenzajt kollox.  Dħalt għall-politika b'rieda. Hu fatt li l-Prim Ministru ħa passi. Hu fatt li dan il-gvern qed ikabbar il-prosperità tal-Maltin. Kieku kont jien flok Konrad Mizzi kulħadd jaf x'nagħmel. Ma' Konrad Mizzi iltqajt tlett darbiet. Iddiskutejna. Fhimtu. Ħassejt il-qalb muġugħa maqbuda f'morsa. Ħassejt dak li għaddejja minnu familtu, fosthom ommu u missieru. Bħala tabib sabbar, bħala politiku inkwetajt. Dan il-proxxmu diġa ħallas prezz emozzjonali qares. Konrad għadd minn martirju li fih innifsu hu diġa kastig. Ilkoll naqblu dwar responsabbilità politika. Konrad messu mexa aħjar. Konrad hu dispjaċut b'dak li għamel.  Jien ħfirt lil min neħħieli d-dawl ta' għajnejna. Jien naċċetta l-apoloġija".
Saħaq li "l-vot tiegħi kontra l-mozzjoni mhux faċli imma wieħed ġust. Il-poplu hemm barra qed jitlef il-kredibilita fina. Appella biex ejja llejla nagħmlu patt ta' tiġdid ta' korrettezza fl-etika.
Jien qed infittex u se nkompli nfittex l-interess ta' pajjiżi. Li nkunu tolleranti u li naħsbu fil-ġid komuni. Ejja mid-dgħjufija nirbħu u n ħarsu 'l quddiem", temm jgħid Godfrey Farrugia.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home