Wednesday, May 4, 2016

Attakk viljakk u tal-mistħija fuq
Leo Brincat mill-Kap tal-Oppożizzjoni
     - Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-fatti tal-affarijiet huma li n-nies iridu politika nadifa imma lill-Kap tal-Oppożizzjoni ma jriduhx. Qal li ma niftakar lil ebda Ministru li għamel bħal Konrad Mizzi li ġie fil-Parlament u għamel apoloġija.
Hu qal li l-Ministru Evarist Bartolo iddikjara fil-Parlament li min daħħal is-sistema taċ-ċedoli daħħal il-korruzzjoni u qal li jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jemmen f'dan għandu jieħu azzjoni.
Il-Prim Ministru qal li "jien la għandi kont u lanqas xi tip ta' kumpanija, kif hemm min qisu ried jinsinwa għal diversi jiem. Dawn l-affarijiet ma ħadniex pjaċir bihom imma lil Konrad qed nemmnu. Jien ħadthom id-deċiżjonijiet u nerfa' responsabbilità tagħhom. Hawn demonizazzjoni soċjali sħiħa għax-xogħol li qed isir. Ġew deputati tal-Oppożizzjoni jgħiduli biex ikun hawn dibattiti aktar ċivili. Jien ngħidilhom naqbel iżda ngħidilhom jerfgħu r-responsabbilità. Hu attakk viljakk u tal-mistħija fuq Leo Brincat, bil-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jhedded il-kariga li għad irid imur fiha fil-Qorti tal-Awdituri.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home