"Kieku m'għamel ebda reshuffle
kien ikun aħjar mill-insult li għamel'
- id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li b'dak li għamel l-Ministru Konrad Mizzi hu affettwa r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Anki jekk japoloġizza għal mitt darba, dik l-apoloġija mhux se ġġib lura r-reputazzjoni.
Qal li "meta jiġu jgħidulna kemm hu tajjeb dan il-Ministru, wieħed irid iżomm f'rasu li m'hemmx kejl ċar u dan minħabba li dak li nnegozja għadu mistur u ma ġiex pubblikat. In-nies hemm barra huma mxebbgħin bl-iskandlu tal-Panama u n-nies iridu li jingħalaq. Wara r-reshuffle, kważi kważi li kieku m'għamel xejn kien ikun aħjar mill-insult li għamel lill-poplu Malti. Bli għamel il-Prim Ministru qal li se nagħmel ftit 'musical chairs' u n-nies ikunu sodisfatti. Hemm barra imma hemm rabja. Hemm rabja nazzjonali." Hu saħaq li hemm bżonn li l-pajjiż jagħlaq dan il-kapitlu fuq il-każ tal-Panama.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home