Wednesday, May 4, 2016



'Ħsibtek se tistaqsi kif Berlusconi għażel
investiment Ċiniż għal AC Milan'
      - is-Segretarju Parlamentari Ian Borg

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-Ministru Konrad Mizzi irnexxielu  jagħmel dak li Gvern Nazzjonalista m'għamilx f'ħamsa u għoxrin sena."  Irrefera għal attakki mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u  qallu li "l-problema tiegħek Simon Busuttil hi li lilek ħadd ma jemmnek".
Enfasizza li "intom ħallejtu biljun Ewro dejn fl-Enemalta u din kienet tħeddida kbira għall-pajjiż. Daħħalna investiment u dan kien Ċiniż u hemmhekk ukoll sab x'jikkritika Simon Busuttil. Meta kellimt lil ġurnalisti Taljani fl-aħħar jiem, qabel kellimt lil ġurnalisti Maltin, kienet l-istess ġurnata li Berlusconi għażel investiment Ċiniż għal club ta' AC Milan. Ħsibtek se tistaqsi lil Berlusconi għaliex għażel investiment Ċiniż għal club ta' AC Milan".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home