Ibbumbardjati b'investiment li ġej…..in-nies
qed jistaqsu kemm minnu se jispiċċa f'xi karus
- Id-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia
Id-dibattitu ngħalaq mid-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia qalet li qegħdin hawn biex niddefendu l-unur ta' Malta. Qiegħda hawn biex niddefendi l-unur tal-manifest elettorali li kellna u li kien mibni fuq l-għajta ta' trasparenza, kontabilità u politika nadifa. Nistqarr li kont jien li meta wasal il-waqt bqajt biex ikkonvinċejt lil Godfrey Farrugia jagħti sehmu fil-moviment. Għandu raġun jibki Godfrey Farrugia. Intom hawn ġejtu tagħtu timbri fuq normi li l-poplu ma jridhomx. Kull fejn kien dan il-Ministru, kuntratti ta' miljuni kbar ma jiġux fil-Parlament. Kienu qed jidħku bina meta qalu li se jsiru tankijiet tal-gass għax kienu jafu li dawn ma setgħux isiru. Ingħalaq l-impjant tal-Marsa għax beda jaħdem l-interconnector.
Marlene Farrugia qalet li 'ġejna bbumbardjati minn dikjarazzjonijiet t'a investiment. In-nies taf x'qed jistaqsu kemm minn dan l-investiment li qed jissemma se jmur f'xi karus? Konrad Mizzi b'dak li seħħ ma setax jibqa' fil-Kabinett. Jien kont qed nittama li Konrad Mizzi jirriżenja waħdu. Kieku jħobb il-Partit u l-pajjiż kien jirriżenja waħda u l-fatt li m'għamilx hekk juri li l-kilba tal-poter hi akbar. Is-suċċessi tal-Gvern in-nies qed jarahom u jħossuhom. Ma jixraqx li għax wieħed minn fostna għoġbu jħammar wiċċ, issa għandna normi ġodda biex intuhom it-timbri. Imbilli għaddejtu l-liġi tal-preskrizzjoni! F'dan il-każ m'hemmx preskrizzjoni. Trid taġixxi fil-mument." Hi spiċċat id-diskors bl-għajta ta' 'viva Malta'.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home