Kunsidrata l-possibilità ta' linji gwida fuq ittestjar ta' konkrit fi proġetti pubbliċi
Fl-aħħar ġimgħat u xhur smajna b'diversi każijiet ta' konkrit difettuż, fejn żewġ proġetti li ssemmew kienu dawk ta' Binja Buqana u l-Isptar Mater Dei.
Dan hu punt ieħor li dwaru qed tittieħed azzjoni, fejn mir-rapport li ppubblika l-Gvern dalgħodu u li fih intwerew l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Gvern għal rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali, intqal li, "Il-Ministeru tal-Finanzi qed jikkunsidra l-possibilità li jintroduċi linji gwida fuq il-proċedura li għandha tiġi adottata biex ikun ittestjat il-konkrit li se jkun qed jintuża f'dak il-proġett partikolari."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home