Thursday, May 5, 2016

Se jsir kull sforz possibbli biex sal-2018 il-PBS ma jagħmilx telf

Quddiem is-sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha l-PBS, b'mod partikolari d-dejn li hemm, l-Awdituri Ġenerali fir-rapport għas-sena 2014 kien qal ċar u tond li l-PBS għandu jara li jsolvi l-problemi ta' likwidità li għandu. Kien qal ukoll li l-PBS għandu jiżgura li jkollu kapital operattiv adekwat. Din ir-rakkomandazzjoni tal-awditur ġiet milqugħa u hemm pjani biex isir dak kollu possibbli biex fi tmiem is-sena 2018 il-PBS ma jagħmilx telf.
Fir-rapport ippubblikat mill-Gvern dalgħodu dwar l-azzjoni li ħa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur, intqal li l-PBS għas-sena 2014-2015 għamel qligħ żgħir qabel tħallsu l-interessi, it-taxxa u l-iżvalutazzjoni.
Intqal ukoll li d-dħul minn attivitajiet kummerċjali u sponsorships irreġistraw sinjali pożittivi. Barra minn hekk, is-sena 2016 qed tidher li se tkun pożittiva u l-PBS qed jindirizza l-aspett finanzjarju tal-kumpanija.

Fi tweġiba għal dan ir-rapport, iċ-Chairman tal-PBS, Tonio Portughese, qal li fil-pożizzjoni ufficjali ffirmata kemm mill-PBS u kemm mill-Ministeru tal-Ġustizzja ma jissemma ebda dejn iżda hemm referenza għall-ħtieġa li tiżdied il-likwidità meħtieġa għall-operat effettiv  tal-kumpanija - impenn aċċettat u ffirmat mis-Sur Portughese u mis-Segretarja Permanenti tal-Ministeru.
“It-titlu tar-rapport huwa misleading għall-aħħar u jagħmel ħsara bla bżonn,” sostna s-Sur Portughese. Huwa bagħat ukoll l-istqarrija uffiċjali datata 23 ta' Jannar 2016 wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-azzjonisti, li turi li l-PBS irreġistra qligħ minimu u li qed jitijiebu l-operazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija.
Dan l-andament bil-previżjonijiet tiegħu kien diġà wassal biex seta' jiġi ffirmat mal-GWU ftehom kollettiv tajjeb għall-ħaddiema
Minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home