Thursday, May 5, 2016


Afrikan, Musulman, trans…

Farah jibda l-istorja ta’ ħajtu billi jikkwota lil qraba, ħbieb u kollegi li qalulu li dak kollu li jirrappreżenta huwa barra n-norma. Ma qatax qalbu. Telaq mill-Kenja, qasam sa Malta u ta bidu għal trasformazzjoni sesswali li ma ħassux komdu jagħmel qabel. Malta togħġbu, imma jixtieq imur jgħix l-Iżlanda. Il-Maltin huma enigma, skont Farah. Għandu ħbieb kbar Maltin imma r-razziżmu jdejqu. Ma jiflaħx il-fatt li kulħadd jippretendi li jikkuntenta b’dak li għandu, għax iħoss li m’għandu qatt jieqaf joħlom. Ma jridx jikkuntenta bil-medja u għalhekk semma l-ktieb tiegħu 'Never Arrive' - biex jibqa' joħlom.
F’'Never Arrive', Farah jirrakkonta t-tensjoni fil-Libja meta gruppi tar-ribelli żammewh flimkien ma’ migranti oħrajn fid-detenzjoni. Jiddeskrivi l-biża' meta għal ftit ma ġiex abbużat sesswalment mir-ribelli, u l-ħarba lejn Tripli.
Il-vjaġġ fuq id-dgħajsa kien karatterizzat minn kuntatt mal-awtoritajiet Taljani li qalu li d-dgħajsa kienet eqreb lejn Malta u għalhekk kienu l-Forzi Armati Maltin li ħarġu għalihom.
Farah spjega wkoll il-biża' meta semgħu s-suldati jitkellmu b’dak li huma ħasbu li hi lingwa Għarbija, għax ħasbu li se jerġgħu jispiċċaw il-Libja.
Fit-tnedija tal-ktieb, il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca ħeġġet lil dawk preżenti biex isemmgħu leħinhom aktar fuq il-kawżi tal-immigranti u t-tbatijiet li jiffaċċjaw. Daret lejn Farah u qallu li "b'dan il-ktieb qed tagħmel dikjarazzjoni qawwija".
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home