Sunday, May 8, 2016

F’24 siegħa ġew salvati 1,800 immigrant... il-wasliet fl-Italja qabżu bi ftit dawk tas-sena li għaddiet

Għaxar operazzjonijiet ta’ salvataġġ fi ftit sigħat bejn il-Ħamis u lbieraħ wasslu biex il-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw xejn inqas minn 1,800 immigrant f’24 siegħa. Dan ifisser li mill-bidu ta’ din is-sena, l-ammont ta’ immigranti li waslu fl-Italja b’dgħajjes li telqu mill-Afrika ta’ Fuq qabżu t-30,000 persuna. Dan l-ammont hu ftit aktar minn kemm waslu fl-Italja fl-istess żmien is-sena li għaddiet.
Xi wħud minn dawn l-immigranti ddaħħlu fil-port ta’ Augusta fi Sqallija. Minkejja dan l-ammont ta’ migranti li waslu fl-Italja, ma jidhirx li dan qed iseħħ minħaba l-għeluq tal-fruntieri fin-naħa tal-lvant tal-Mediterran bejn it-Turkija u l-Greċja.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home