Investigaturi jitfgħu għajnejhom fuq id-dinghies tal-immigranti
Is-salvataġġi li b'mod kontinwu qed iseħħu fir-rotta ċentrali tal-Mediterran, wasslu biex inbdiet investigazzjoni minn diversi investigaturi f'Katanja u Palermo dwar id-dinghies li qed ikunu użati biex fuqhom jivvjaġġaw l-immigranti. Jidher li x-xejriet fl-aħħar ġimgħat urew li d-dinghies ħafna drabi huma tal-istess kulur, qed ikunu b'qiegħ tal-injam li jkun sar fil-Libja u dan biex id-dinghi jivvjaġġa għal distanza itwal u fuq kollox kwalità fqira tal-istess dinghi. L-investigaturi jidher li qed jaħdmu fuq l-ipotesi li dawn qegħdin ikunu impurtati miċ-Ċina.
Sorsi li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li jidher
li l-investigazzjoni hi mifruxa sew tant li l-awtoritajiet Maltin
qegħdin ukoll b'għajnejhom miftuħin u qed jiflu movimenti li jistgħu
jitfgħu dawl fuq kif dawn id-dinghies qed jaslu l-Libja. Jidher li
l-investigazzjoni tikkonċerna l-moviment ta' merkanzija minn għadd ta'
portijiet madwar l-Ewropa. L-istess sorsi qalulna li jidher li qed
issir enfasi speċjali fuq moviment ta' merkanzija mit-Turkija lejn
il-Libja, u dan hekk kif dinghies użati fir-rotta mit-Turkija huma
simili għal dawk li issa qed jintużaw mil-Libja. Ta' min jgħid li ftit
xhur ilu l-awtoritajiet Maltin kienu qabdu contejner b'għoxrin dinghi
fih destinati lejn Misrata fil-Libja.
L-istess sorsi spjegaw li "x-xejra issa tidher ċar fejn hemm
id-dgħajjes tal-injam kważi sparixxew u minflok qed naraw dinghi wara
ieħor. Prattikament ta' l-istess kulur, l-istess kwalità u fuq kollox
ta' żewġ daqsijiet jew 12-il metru jew dak ta' 9 metri. Ta' min jgħid
li sa issa l-operazzjoni Sophia ta' l-Unjoni Ewropea interċettat 87
dinghi u 23 dgħajsa tas-sajd."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home