Meta l-gamiem jiġri warajk…allavolja ma tkunx qed tikkaċċjah
Bil-Malti ngħidu l-inkwiet jiġri warajh, għal xi ħadd li joħroġ minn biċċa inkwiet u malajr jidħol f'oħra.
Imma għal kaċċatur partikolari, donnu l-gamiema li tant iħobb, qed tispiċċa tiġri warajh. Fi staġun ta' kaċċa li fih hemm ħafna kaċċaturi li lanqas biss qabdu gamiema minħabba li kien staġun batut ħafna f'dik li hi passa, kaċċatur iffissat fil-gamiema dawn il-ġimgħatejn kienu martirju sħiħ.
Dan għax minkejja li kien ilu jistenna dan iż-żmien, spiċċa kellu jitla' xogħol il-Libja fuq rig taż-żejt bejn sema u ilma. Imma anki hemm, għalkemm seta' josserva l-passa tat-tajr spiċċa mar aħjar minn xi kaċċaturi li għamlu ġimgħatejn għal kaċċa u ma qabdux gamiema. Dan hekk kif dan il-kaċċatur, Jeremy Portelli, fuq ir-rig sab gamiema qed tmut aktarx minħabba li xorbot ilma kontaminat.
Jeremy ġabarha u kkuraha fil-kompartiment tiegħu. Kien iżoqqha weetabix filgħodu, tuffieħ aktar tard biex itiha l-ħadid li tant kellha bżonn u fuq kollox ilma tajjeb.
Għalkemm bejn ħajja u mewt il-gamiema bdiet turi sinjali li qed tirkupra bil-mod. Għal xi jiem lanqas kienet ittir u aktar tard bdiet ittir imma bdiet taqa' wara ftit minħabba li ma kellhiex forza. Meta bdiet tiekol waħidha, bdiet ġejja sew f'tagħha u llum irkuprat mija fil-mija.
Veru każ fejn donnu il-gamiem jiġri wara dan il-kaċċatur, li taħa l-kura u fejjaqha.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home