'Ebda Filippin ma tkeċċa…m'aħniex insibu ħaddiema biżżejjed' - kelliem għal Mr Clean
L-istess rappreżentant qalilna li "tant hu minnu dan, li aħna irridu
nimpjegaw in-nies. Irrid min jaħdem bħala ħassiel jew li jnaddaf.
Il-problema li qed insibu aħna hi dik li m'aħniex isibu nies biex jaħdmu
dan ix-xogħol. Qed nippruvaw insibu ħaddiema kemm nistgħu biex inlaħħqu
mad-domanda.Jekk tafu lil xi ħadd, għidulu jiġi għandna, għax għandna
ħafna xogħol u għandna bżonn il-ħaddiema biex inlaħħqu".
Dwar l-ilmenti qalilna li "jista' jkun li l-messaġġ għand dawn
il-ħaddiema ma wasalx tajjeb. Se jkollhom xogħol ġdid għax ma waqqafna
lil ħadd. Anzi jekk tafu lil xi ħadd li lest jaħdem f'xogħol ta' tindif,
għidulu jiġi għax għandna xogħol xi ntuh", qalilna dan
ir-rappreżentant.
"Jiddispjaċini li hemm min qed jipprova jitfa' dell ikrah fuq din
il-kumpanija, li ilha taħdem 45 sena. Jien ilni naħdem hawn u qatt ma
kelli problemi", qalilna l-istess rappreżentant b'riferenza għal
azzjoni li ttieħdet mill-Pulizija kontra diretturi ta' Mr Clean dwar kif
kienu qed jiġu ngaġġati ħaddiema Filippini.
Ritratt: Arkivji - Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home