'Homework' dwar multikulturaliżmu - 'indottrinazzjoni' u 'qerda ta' ulied uliedna'
Xogħol għad-dar li jingħata lit-tfal, b'rabta ma' emigranti, immigranti u multikulturaliżmu jidher li xejn ma niżel tajjeb fost xi ġenituri. Il-fatt li ssemma' l-multikulturaliżmu għal xi persuni dan mhu xejn għajr 'indottrinazzjoni' u 'qerda ta' ulied uliedna'.Għalliem tal-istudji soċjali meta mitlub jikkummenta dwar kummenti simili spjegalna li minn żmien għal żmien jiltaqgħu ma' ġenituri li jilmentaw. "Mhix ir-regola ta' kuljum li jilmentaw. Imma ġieli ssib min qisu jkun irid sodisfazzjon. Kultant għalxejn tipprova tfehmhom li dak hu parti mill-kurrikulu. Illum il-ġurnata, meta jilmentaw sirt min waħda jidħol u minn oħra joħroġ", qalilna l-istess għalliem.
Hekk kif kien hemm min għażel li jitfa' dan il-homework li tqassam fuq sit soċjali, il-kummenti ma naqsux. 'Fost il-kummenti kien hemm 'brain washing', 'Varist iħobbu wisq dan is-suġġett u ma nieħu xejn bi kbir'. Kumment ieħor kien jgħid li "xejn għajr indottrinazzjoni'.
Kumment ieħor kien jgħid li "x'għarukaża. Din hi l-akbar problema li jekk ma tiġix tratta sew min issa fil-futur se jinqered kulħadd. Tfal ta' ċertu età m'għandhomx sens ġo moħħhom jaraw x'inhu ħażin u x'inhu tajjeb. Dan it-tip ta' tagħlim qed jiġi sfurzat fuqhom biex malli jaraw li Malta tkun nofs u nofs - jiġifieri nofs Maltin u nofs Afrikani jew Musulmani, ma jkun hemm xejn ħażin b'daqshekk. Dan waqt li n-nofs l-ieħor jitgħallmu biex jikluna ħajjin. Għarukaża kbira. Niġi jkolli tfal nqattaħielhom karta bħal dik u nagħmel mezz li jifhmu l-verità".
Il-karta li tqassmet għall-homework u li kellha kliem li kellhom jitpoġġa fil-vojt kienet tgħid li "il-kultura tfisser l-istil ta' ħajja ta' soċjetà jew pajjiż, kemm fil-passat kif ukoll issa fil-preżent. Il-kultura teżisti biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet u l-interessi tal-bnedmin. Il-kultura Maltija fiha nfisha mħallta b'kultura differenti, li jfakkarna fil-multikulturaliżmu. Minħabba dan f'Malta nsibu diversi differenzi fil-kultura tagħna, għalhekk nitkellmu ukoll fuq id-diversità".
Tkompli tgħid li "dan hu possibbli minħabba li f'Malta sirna nilqgħu fostna diversi barranin li ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew pajjiżi oħra u jissetiljaw hawnhekk. Dawn kollha jġibu magħhom ħafna elementi mill-kultura ta' pajjiżhom li jinfluwenzaw l-istil ta' ħajja ta' pajjiżna. Filfatt dawk il-barranin li jkunu telqu minn pajjiżhom biex jiġu joqogħdu hawn f'Malta jissejjħu immigranti".
Ritratt: Arkivji - Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
1 Comments:
Hemm bżonn li kulħadd jirreżisti din l-indottrinazzjoni ta' uliedna u nqumu ħalli nqalftu lill-klandestini kollha lura lejn pajjiżhom qabel jeħdulna pajjiżna għal kollox bil-kollaborazzjoni tal-Ġudiet ta' Malta u tal-poplu Malti.
Dan kollu qed isir biex jobdu lill-Unjoni Ewropea u għalhekk irridu nagħmlu minn kollox ħalli nitilqu mill-Unjoni Ewropea.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home