134 annimal perikoluż reġistrati f'xahrejn
Ammont ta' xadini, flimkien ma' kukkudrilli, puma u panteri, huma fost il-134 annimal meqjusa bħala perikolużi li ġew reġistrati minn nofs Frar sal-bidu ta' Mejju ta' din is-sena. Prattikament dawn l-annimali qed jinżammu f'Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Farruġ, ir-Rabat, San Ġwann, iż-Żejtun, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq, Pembroke, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, Santa Venera u Birżebbuġa. Dawn kollha jinsabu f'kollezzjonijiet privati. F'informazzjoni li ngħatat fil-Parlament, il-Ministru Herrera llejla poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-annimali perikolużi li ġew reġistrati.Fost l-annimali nsibu Callithrix Monkey, Barbery Macaque, Vervet Monkey, Felis Concolor, Caiman Crocodylus, Chlorocebus Sabaeus, macaca Sylvanus, Taurotragus Oryx, Panthera Orca, Felus Chaus, Panthera Leo, Lynx, Puma, Macaca Mulatta, Lemur Catta, Panthers Tigris u Panthera Tigris Bengalensis.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home