Thursday, May 12, 2016

Walk on Water... fl-Imsida!

"Walk on Water mhux fil-Eurovision imma fl-Imsida.” Dan kien il-kumment li għaddielna sewwieq li kien għaddej mill-Imsida dalgħodu u sab quddiemu l-pjazza tal-Imsida mgħarrqa bl-ilma.
Kienu diversi dawk li qagħdu josservaw dan il-fenomenu ta' ilma baħar li beda jitla' b'saħħtu. Min beda jistaqsi jekk għamlitx xi theżżiża, oħrajn saħansitra bdew jistaqsu jekk dan kienx xi tsunami żgħir. Imma xi wħud oħrajn kienu jafu li dan huwa fenomenu li jiġri spiss.
Fil-fatt dan il-fenomenu jissejjaħ “milgħuba”. Hu fenomenu tal-Mediterran. Sajjied anzjan li tkellimna miegħu qalilna li, "Din hi xi ħaġa li tiġri regolari. Normalment meta jkun ir-riħ isfel. Il-milgħuba tiġri normalment f'Mejju u Settembru. Fis-sajf dan il-fenomenu jisparaxxi għalkollox.”
Ritratt: Roger Azzopardi
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home