Thursday, May 12, 2016

L-ebda informazzjoni dwar reati ta' mibegħda

Ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-każ fejn kien hemm tfiegħ ta' fliexken lejn persuni Afrikani fil-Marsa, b'għaqda ta' immigranti tibda kampanja fost l-istess Afrikani biex dawn ikunu pożittivi u jagħtu eżempju. Il-kampanja inbdiet waqt li huma diversi dawk l-Afrikani u immigranti oħra li qed jaraw li żdiedu l-każi ta' razziżmu.  Imma quddiem din is-sitwazzjoni, rapport dwar rati ta' razziżmu f'Malta jgħid biss li l-informazzjoni 'mhix disponibbli". Din hi l-uniku 'informazzjoni' li tingħata għas-snin bejn l-2009 u l-2014 fejn jidħlu atti ta' kriminalità konnessi ma' mibgħeda u razziżmu.  Dwar kemm tressqu l-Qorti fuq razziżmu u mibgħeda issib ukoll li 'l-informazzjoni mhix disponibbli'. Jekk imbagħad tara kemm ingħataw sentenzi tal-Qorti dwar dan issib ukoll li 'l-informazzjoni mhix disponibbli'. Prattikament, Malta hi assenti għal kollox f'dik li hi informazzjoni dwar każi ta' razziżmu u mibgħeda u dan b'kuntrast mal-parti l-kbira tal-pajjiżi Ewropej. Din is-sitwazzjoni, li fi kliem għadd ta' persuni li jaħdmu qrib orgaizazzjonijiet umanitarji hi xi ħaġa li tħammar wiċċ l-awtoritajiet responsabbli, qed tingħata f'rapport dettaljat tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u tad-Drittijiet Umai (ODIHR).  Ir-rapport dwar Malta ma jagħti ebda informazzjoni dwar razziżmu u kriminalità ta' mibgħeda, bir-rapport jgħid li qed josserva li Malta m'għandhiex informazzjoni u statistika dwar atti ta' mibgħeda fil-pajjiż.
L-ORIZZONT ftit xhur ilu kien irrapporta kif il-Pulizija Maltija ma ressqet lil ħadd il-Qorti b'rabta ma' razziżmu. Dan minkejja li f'Malta għandna liġi ċara dwar dan.
Mitluba jikkummentaw dwar dan ir-rapport, l-ADITUS qalulna li "jidher ċar minn dak ir-rapport li m'hemmx informazzjoni disponibbli. Il-ġbir ta' informazzjoni fuq din it-tip ta' kriminalità hi importanti ħafna. Dan minħabba l-fatt li ma tistax tagħmel politika jew tbiddel liġijiet jew politika jekk ma jkollokx din l-informazzjoni f'idejk u b'hekk tkun taf eżattament x'qed jiġri."
Mill-ADITUS qalulna li "hu importanti li jkun hawn statistika u informazzjoni ta' kemm kien hawn reati kontra persuni 'gay', jew kontra migranti. Li nafu hu li m'hemmx informazzjoni kollettiva. Hu dmir tal-Pulizija u tal-Ministeru responsabbli li jagħmlu ġbir ta' informazzjoni fuq kriminalità marbuta ma' mibgħeda u razziżmu. Din għandha tkun dettaljata dwar min wettqu, u fuq liema kategorji ta' persuni fost oħrajn.
Il-mod kif qed jaġixxu l-awtoritajiet f'pajjiżna jikkuntrasta bil-kbir ma' pajjiżi Ewropej fejn fil-każ tal-Belġju naraw li fis-sena 2013 kien hemm 375 każ ta' atti ta' mibgħeda, u kien hemm 822 każ fil-qorti u ngħataw 45 sentenza.
Fil-każ tal-Bulgarija naraw li fis-sena 2014 kien hemm 617 atti ta' mibgħeda rappurtati, b'750 każ l-Qorti u 117 sentenza mill-Qrati.
Ċipru ma jipprovdi informazzjoni għas-snin 2014 u 2013, iżda għas-sena 2012 jgħid li kien hemm 12-il każ ta' kriminalità ta' mibgħeda u 7 każi tressqu l-Qorti.
Jekk wieħed jieħu ir-Repubblika Ċeka isib li fis-sena 2014 kien hemm 24 każ ta' kriminalità marbuta ma' mibgħeda bi 32 każ tressqu l-Qorti u ngħataw 41 sentenza.
Id-Danimarka ma' tipprovdix informazzjoni għas-sena 2014 iżda tgħid li fis-sena 2013 kien hemm 110 każ ta' atti ta' mibgħeda. Il-Finlandja tgħid li fis-sena 2014 kellha 954 atti ta' kriminalità marbutin ma' mibgħeda u fis-sena 2012 kellha 836 u minnhom 38 tressqu l-Qorti u ngħataw 12-il sentenza mill-qrati.
Franza kellha 1,662 atti ta' mibgħeda fis-sena 2014 u kien hemm 554 sentenzi mill-Qrati waqt li fis-sena ta' qabel kien hemm 1,765 każ.  Il-Ġermanja tirrapporta li kellha 3,059 u 4,647 atti ta' mibgħeda fis-sena 2014 u 2013 rispettivament.
Jekk wieħed jieħu l-Greċja isib li kien hemm 71 każ ta' mibgħeda fis-sena 2014 u minn dawn 29 spiċċaw l-Qorti u ħamsa ngħataw sentenza.
L-Italja hu wieħed mill-pajjiżi li regolarment jirrapporta atti ta' mibgħeda fejn fis-sena 2014 kien hemm 596 każ u fis-sena 2013 kien hemm 472.
Il-Lussemburgu hu l-pajjiż li bħal Malta, għal kull kategorija jiddikjara li l-informazzjoni mhix disponibbli.
Minn naħa tagħha l-Polonja fis-sena 2014 kellha 778 każ ta' mibgħeda fosthom 123 fuq razziżmu, u minn dawn 179 tressqu l-Qorti u 127 ingħataw sentenza.
L-Isvezja tirrapporta li għas-sena 2014 kellha 4,258 każ ta' kriminalità ta' mibgħeda u 279 tressqu l-Qorti.  Minn dawn kien hemm 2,
768 fuq razziżmu u xenofobija.  Fejn jirrigwarda r-Renju Unit naraw li għas-sena 2014 kien hemm 52,853 każ ta' mibgħeda b'4,872 tressqu l-Qorti u 549 ingħataw sentenza.  43,113 każ kienu fuq razziżmu u xenofobija.
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home