Sunday, May 15, 2016

Bdew jiżżarmaw antenni perikolużi fil-Baħrija

Antenni f'Wied Rini, il-Baħrija, li xi wħud minnhom kienu perikolużi minħabba li partijiet minnhom kienu qed jitqaċċtu, issa bdew jiżżarmaw. B'hekk issa din iż-żona mhux se tibqa' esposta għall-periklu. Dawn l-antenni kienu jifformaw parti mill-istazzjon kostali marittimu ta’ Wied Rini. Ix-xogħlijiet qed isiru taħt is-sorveljanza tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministru għat-Trasport.
F'Ottubru li għadda f'inewsmalta.com kien deher rapport dwar il-periklu kkawżat minn dawn l-antenni, b'mod partikolari għall-familji li fi tmiem il-ġimgħa jmorru jagħmlu pikniks fiż-żona.
Ritratt: Jason Borg (DOI)
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home