Beda l-proċess biex l-impjant tal-BWSC jibda jitħaddem bil-gass - il-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li beda l-proċess biex l-impjant tal- BWSC f'Delimara jinqatgħalu ż-żejt u jibda titħaddem bil-gass. Qal li nofs l-impjant tal-BWSC iżżarma u qed issir l-infrastruttura għall-gas.
Hu beda l-intervent tiegħu billi qal li ż-żieda fl-investiment qed
tidher kull ġimgħa b'investiment dejjem ġdid li qed joħroġ. Kellna
kumpanija li timpjega 1,800 persuna u din se tinvesti €16-il miljun biex
tespandi u aktar nies isibu karriera.
Qal li "fil-libertajiet ċivili minn l-aħħar fl-Ewropa bqajna ngawdu
l-ewwel post fejn qed inkunu ta' eżempju għad-dinja f'dan il-qasam.
Irridu nagħmlu sforzi enormi f'dani s-settur biex nibqgħu fejn aħna",
tenna l-Prim Ministru.
Sostna li "ftit li xejn hemm nies li jafu li din hi s-60 sena minn
mindu daħlet il-liġi tal-bolla. Dak iż-żmien kien hemm min ma emminx
f'din il-liġi progressiva u sejħilha bolla balla. Din kienet tat
is-sisien biex mijiet ta' eluf ta' Maltin intrefgħu mill-faqar. Illum
wara li ma sar ebda titjib fl-aħħar snin fil-pensjonijiet, f'Jannar ta'
din is-sena għall-ewwel darba f'25 sena irċevew żieda
fil-pensjoni. Fil-baġit ta' din is-sena ukoll se nkomplu naħsbu
fil-pensjonanti. Qed indaħħlu mijiet ta' nies fil-klassi tan-nofs ġdida
li qed noħolqu. Flok mara tibqa' d-dar tiddependi mill-benefiċċji, qed
intuha għajnuna biex toħroġ taħdem".
Il-Prim Ministru kompla jgħid li "qed noħorġu lil ħafna familji
mill-kultura tal-faqar u assistenza. Fl-ewwel tlett snin kabbarna
l-ekonomija u żidna x-xogħol. Imma aħna m'aħniex torox u għamja u mhux
se nagħlqu għajnejna għax xorta għad hawn min għadu fqir u mhux ilaħħaq
mal-ħajja. Għad hawn min il-paga tajba biżżejjed biex tlaħħaq
mal-ħajja. It-tkabbir ekonomiku bla ġustizzja soċjali ma jiswa għal
xejn. Biss il-ġustizzja soċjali ma tistax titwettaq jekk ma jkollokx xi
twettaq. Dan hu gvern ta' riformi u li ma jiddejjaqx jagħmel
il-bidliet.
Enfasizza li "tafu li fuq il-pjan tal-enerġija tagħna, aħna qed nagħtu €80 miljun lill-poplu f'kontijiet irħas.
Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home