Sunday, May 15, 2016

'Boċċa'…b'dak li ktibt ikkonfermajt kemm int pastaż u injorant - Ian Borg

"Boċċa b'dak li ktibt ikkonfermajt kemm int pastaż u injorant". Dan iddikjarah is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, b'riferenza għal dak li kiteb l-avukat Andrew Borg Cardona fejn l-ewwel għamel kummenti vulgari lejn il-kantanta Ira Losco u wara anke sejjaħ lill-Prim Ministru 'motherf….r'.
Dr. Borg waqt id-diskussjoni politika f'Ħaż-Żabbar irrefera għall-ismijiet li ħarġu l-ġimgħa li għaddiet fil-Panama Papers u qal li "wara li nħarġu l-ismijiet Simon Busuttil sejjaħ lill-Prim Ministru biex jieħu azzjoni. Il-Prim Ministru l-azzjoni ħadha.  
"Qed nistennew tgħidulna lil min fetħu kontijiet dawn il-kumpaniji u jekk hemmx rabta bejn dak il-ġid u t-tmexxija ta' 25 sena. U għalhekk iqumu aktar mistoqsijiet dwar l-iskema ċedoli." Hu qal li din l-iskema tfasslet minn Anne Fenech.  Hu staqsa x'wegħduhom li se jtuhom meta jkunu fil-Gvern. 
 
 
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home