Bond 25…jidher li fadallu sew biex joħroġ u issa kontroversja jekk hux Hiddleston jew Craig
Is-segwaċi tal-films ta' James Bond, li tnejn minnhom kellhom partijiet minnhom li nħadmu f'pajjiżna, jidher li se jkollhom jistennew ftit mhux ħażin sakemm ikunu jistgħu jgawdu l-film Bond 25. Fl-aħħar jiem kienu qed isiru għadd ta' mħatri dwar min se jkun il-James Bond f'dan il-film. Ġara iżda li dawn l-imħatri twaqqfu ħesrem minħabba li bdew jitpoġġew ħafna mħatri li l-James Bond il-ġdid se jkun Tom Hiddleston.
Diversi segwaċi tal-film ta' James Bond f'Malta li tkellmu ma'
inewsmalta.com, spjegwlna li sa issa għadu xejn mhux ċert, waqt li
qalulna li kollox qed jindika li l-film il-ġdid għad fadallu sew biex
joħroġ. Jidher iżda li meta tistaqsi lil dawn is-segwaċi lil min
jippreferu jekk hux lil Hiddleston jew lil Daniel Craig, jidher li dawn
il-Maltin jippreferu lil Craig.
"Lil Craig rajnieh bħala James Bond differenti minn Bond fil-films ta'
qabel. Kien hemm min kkritika dan, għax kien differenti. Imma naħseb li
Daniel Craig qaxxar il-parti. Nemmen li għad fadallu x'joffri".
Tkellimna mal-espert tal-films, Mario Azzopardi, li meta staqsejnieh
jekk hux kollox qed jindika li Daniel Craig mhux se jkun il-James Bond
fil-film il-ġdid, hu qalilna li "sa issa għadu qatt ma tħabbar
uffiċjalemnt li spiċċa. Hu kien ta' x'jifhem li m'għadux aktar
interessat, imma wara qal li kien misinterpretat."
Intant bdew isiru ħafna mħatri fuq Tom Hiddleston bħala l-Bond il-ġdid
wara li dan deher jiltaqa' mal-producer Barbara Broccoli u d-Direttrur
Mendes. Biss jidher, skont l-imħatri lihemm atturi oħra li jistgħu jkunu
kkunsidrati fosthom Aidan Turner, Tom Hardy, Edris Elba u Damien
Lewis.
Ta' min jġħid li partijiet minn żewġ films ta' James Bond inħadmu
f'Malta u dawn keen 'The Spy who love me' u 'For your eyes only".
Ritratti: Tiziana Fabi / John Macdougall / AFP
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home