'Ir-rota kienet l-hena tiegħu…kien jagħti servizz bi tbissima' - klijenti tal-mibki Johnnie Dimech
"Għadni ma nistax nemmen. Rajtu sa ftit minuti qabel ittajjar għaddej bir-rota. Fil-Mosta kien magħruf għax huma ħafna li kienu jsejħu lilu meta tinqala' xi problema ta' manutenzjoni d-dar," qalilna klijent ta' Johnnie Dimech li lbieraħ miet fil-Mosta wara li ttajjar minn karozza waqt li kien qed isuq ir-rota.
"Ir-rota ma kien jibdilha ma' xejn. Kull fejn tarah, kont issibu
għaddej bir-rota. Kien jaqdi lil kulħadd bi tbissima. Se jħalli ħafna
vojt."
Persuni oħra li tkellmu ma' inewsmalta.com irreferew għal Johnie bħala bniedem b'qalb tajba li dejjem lest iferraħ in-nies. "Ftit issib handymen bħal Johnnie," qalulna.
Johnnie ttajjar ilbieraħ waranofsinhar fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa,
il-Mosta. Minkejja li fuq il-post marret ambulanza, hu ġie ċċertifikat
mejjet fuq il-post.
minn inewsmalta
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home