Sunday, May 15, 2016

'Il-Bambin biss jaf x'se nsibu taħt it-triq tal-Kappara' - il-Prim Ministru, Joseph Muscat

"Il-proġett tal-Kappara mhux se jkun faċli. X'se jinqala' u x'se jinstab taħtha il-Bambin biss jaf. Hemm ruxxmata pajpijiet għaddejjin. Anki t-triq tal-Baħrija instabu fiha oqbra puniċi. Hemm sena u nofs sentejn ta' problemi fejn tidħol it-triq tal-Kappara. Simon Busuttil u sħabu kienu jagħtu lagħqa tarmak u jħallu kollox għal ta wara. Aħna nispjegaw lin-nies, allavolja lilna se jagħtu t-tort tat-tgergir".
Dan sostnieh il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-laqgħa politika tal-Ħadd filgħodu.  
Irid jingħad li x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kappara mistenni jelimina t-traffiku fiż-żona bin-nofs. Il-proġett mistenni jitlesta f’Ottubru tas-sena d-dieħla, se jiswa €22.5 miljun. Din it-triq alterjali, li tgħaqqad in-naħa ta’ fuq ta’ Malta man-naħa t’isfel tal-pajjiż u mal-akwata ta’ tas-Sliema u l-Gżira, tintuża minn aktar minn 90,000 vettura kuljum. 
Il-Maniġer tal-Proġett, il-Perit Antoinette Conti kienet  spjegat kif fl-ewwel fażi tal-proġett se jibda x-xogħol fuq il-pedamenti. Spjegat kif matul dawn ix-xogħlijiet it-traffiku mhux se jiġi affettwat. 
It-tieni fażi tal-proġett mistennija tibda f’nofs Mejju li ġej. Minn dak iż-żmien is-sewwieqa huma mħeġġa jużaw toroq alternattivi. 
“Il-karreġġjati lejn iż-żewġ direzzjonijiet se jibqgħu miftuħin għall-ħafna mill-ħin għax il-maġġorparti tax-xogħlijiet, fejn ikun possibbli, se jsiru matul il-lejl u fil-ħinjiiet off-peak tal-ġurnata. L-għeluq tal-karreġjati se jkun qed isir f’fażijiet differenti filwaqt li r-rotot alternattvi se jibqgħu aċċessibbli tul il-proġett kollu.” 
Iċ-Ċermen ta’ Transport Malta, James Piscopo kien qal bil-għan li l-provvista tal-elettriku tal-inħawi ma tkunx affettwata fl-ebda ħin tul il-proġett, se jkunu qed isiru culverts u ducts ġodda għas-servizzi.
Il-pedamenti tas-sit tal-proġett għandhom cables tal-elettriku li jissuplixxi kemm iż-żona ta’ tas-Sliema kif ukoll Mater Dei. Għaldaqstant jista’ jagħti l-każ li tul din il-fażi tal-proġett ikun hemm xi toroq li jingħalqu. Il-pubbliku se jkun infurmat permezz tal-mezzi tax-xandir.
Ir-rawndebawt tal-Kappara mistennija titbaxxa b’metru u l-flyover, mifruxa fuq madwar mitejn metru, se tkun imdawra b'sound barriers. Il-proġett jinkludi infrastruttura fejn jintlaqa’ l-ilma tax-xita u jkun hemm zebra crossing fid-direzzjoni minn San Ġwann lejn il-Gżira, u viċi versa.  
Tliet rotot prinċipali biex iż-żona tal-Kappara tkun evitata
Transport Malta tissuġġerixxi tliet rotot prinċipali biex kemm jista’ jkun tkun evitatà ż-żona tal-Kappara. 
It-traffiku li jkun ġej mill-Mosta u n-Naxxar se jkun jista’ jgħaddi minn Triq il-Mosta, Ħal Lija lejn il-Bypass ta’ Birkirkara. 
Ix-xufiera jistgħu jaċċessaw Triq il-Kosta minn San Ġwann, irid jgħaddi minn Triq il-Qasam, is-Swieqi, Triq l-Istefanotis u Triq Caruana Dingli, San Ġwann lejn Triq Bellavista Junction, iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann u finalment minn Triq tal-Qasam lejn Pembroke. 
Alternattivi biex wieħed jasal lejn iż-żona tal-Kappara 
Transport Malta identifikat tliet rotot ġodda biex wieħed jilħaq iż-żona tal-Kappara. 
It-traffiku minn Naxxar lejn San Ġiljan u tas-Sliema se jibqa’ għaddej minn tal-Balal, Vjal ir-Raħan, Triq in-Naxxar u Triq Birkirkara, San Ġwann. 
Il-vetturi jistgħu jgħaddu wkoll mit-triq prinċipali taż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann, lejn Triq Bellavista, u Triq in-Naxxar u Triq Bikirkara f’San Ġiljan. 
Alternattiva oħra hija dik li wieħed jgħaddi minn Triq Rue D’Argens. Il-vetturi li jgħaddu mill-Bypass ta’ Birkirkara jew mill-Mini ta’ Santa Venera jistgħu jgħaddu minn Triq Mikiel Anton Vassalli mbagħad lejn Rue D’Argens u minn ħdejn ir-roundabout tal-Iskate Park. Il-vetturi li jkunu ġejjin mill-Belt u n-naħa t’isfel ta’ Malta jistgħu jgħaddu mix-Xatt tal-Imsida fid-direzzjoni lejn Rue D’Argens. 
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home